

M.Bugeja Travel

Il-Festa ta' Sant Agatha
Mit-3 sas-6 ta' Frar 2020

LUKANDA ROMANO HOUSE 4 STAR FIC-CENTRU TA’ CATANIA B/B PREZZ SPECJALI!!!
BUFFET BREAKFAST
IT-TNEJN 3 TA’ FRAR
Filgħodu kmieni, l-grupp jiltaqa` mat-Tour Leader fl-Ajruport
Internazzjonali ta’ Malta sabiex wara li nagħmlu c-check in
intiru bl-Airmalta, dirett lejn CATANIA. Mal-wasla tagħna ġewwa
Catania nsibu l-coach tistenniena sabiex teħodna Ä‹-Ä‹entru ta’
Catania għall-ewwel xiri mill-monti popolari tal-belt u jkun
hemm ‘sales’ kbar tax-xitwa, fejn wieħed isib jixtri minn kollox.
Aktar tard nibqgħu sejrin l-Lukanda 4 star Romano HSE HOTEL
. Sistemazzjoni tal-kmamar mit-Tour Leader. Għall-ħabta
tal-11.30am jibda il Corteo minn Pjazza Duomo, jgħaddi minn
Via Etnea u jibqa sejjer sal-knisja ta Sant Agatha għall-Fornace fejn jieħdu sehem l-għola Awtoritajiet Ekklesjastici u s-Sindku ta Catania jinġarr miż-żwiemel fuq parilja antika. Ħafna Kataniżi jattendu għal din iċċerimonja. Filgħaxija nassistu għall-wirja piroteknika sinkroniżżata mużika klassika fi Pjazza Duomo. Imbagħad ikun hemm ukoll kunċert fi Pjazza Duomo bil-korijiet u lvuċijiet. Lura l-lukanda għall-mistrieh





IT-TLIETA 4 TA’ FRAR
​
Buffet breakfast fil-lukanda. Fis-06:00am jkun hemm
quddiesa fil-Kattidral u wara toħrog St. Agatha lejn il-Port.
Fl-10:00am tiġie organiżżata ġurnata għal TINDARI. Matul
it-triq, ix-xenarju pittoresk ta dawn l-inħawi huwa mimli xeni
mill-isbaħ tal-Gżejjer Eolie li jinsabu ferm viċin. Bil-kowċ
nibdew telgħin fuq għolja ta TINDARI, post mimli paċi u trankwillita l bogħod mill-ħsejjes u l-istorbju tal-ibliet. Meta naslu fuq din l-għolja nistgħu nitpaxxew bil-veduta tal-Golf ta Patti li fuq in-naħa tal-lemin tidher bi promineza l-peninżula ta Milazzo, filwaqt li fuq ix-xellug nkunu nistgħu naraw l-għola ponta ta Capo Calava. Hawn fuq ukoll insibu Teatru Grieg li jfakkarna fil-ħakma Griega fuq il-gżira Sqallija. L-akbar kapolavur li jinsab hawn fuq huwa bla dubju s-Santwarju li huwa ddedikat lill-Madonna Nera. Statwa mirakoluża li tinsab hawn ġew hija l-attrazzjoni ta ħafna pellgrini li jiġu f dan is-Santwarju. Grazzi għad-devozzjoni ferventi, illum ilġurnata dan is-Santwarju huwa maestuż aktar minn qatt qabel minħabba l-bini ġdid u modern tiegħu. Ħin għax-xiri ta souvenirs kif ukoll induqu ħelu tipiku Sqalli. Nagħmlu passiġġata mat Tour
leader fejn naraw veduti mill-isbaħ! Għalhekk ġibu kamera
tarritratti magħkom ha jkolkom tifkiriet sbieħ! Lura l-lukanda
tagħna. Għall-ħabta tat20:00 tibda l-mixja mill-knisja ta’
St. Agatha għall-Fornace fejn inżuru l-ħabs, il-qabar tagħħa
kif ukoll mixja sabiha qalb il-folla li jkun hemm. Matul il-mixja
naraw ttradizzjonijiet, folklor u knejjes oħra li għandhom
konnessjoni ma’ St.Agatha.




L-ERBGĦA 5 TA’ FRAR
Buffet breakfast fil-lukanda. Illum Huwa Jum il-Festa ta’ Sant’Agatha.
Għalhekk kulħadd huwa liberu biex imur fiÄ‹-Ä‹entru ta’ Catania biex
isegwi l-festa. Fil-Katidral, ikun hemm quddiesa sabiħa ħafna, kif
ukoll l-attivitajiet fit-toroq li jiġu organizzati għall-okkazzjoni. Hawn
ta’ min wieħed isemmi d-devozzjoni kbira li l-Kataniżi għandhom
għal din il qaddisa u dan jixhdu l-ammont kbir ta’ xemgħa li jinÄ¡arru
minn eluf ta’ fratelli flimkien ma’ ħafna nies li jakkumpanjaw lil din
il-purÄ‹issjoni mat-toroq ewlenin ta’ Catania. Lura llukanda
għall-mistrieħ.


.jpg)
IL-ĦAMIS 6 TA FRAR
Buffet breakfast fil-lukanda. Eskursjoni għal shopping
SICILIA FASHION VILLAGG- ħwienet tad-designers. Wara
nagħmlu waqfa l-AUCHAN –PORTE-b150 ħanut tad-ditta
fejn wieħed isib minn kollox. Wara nibgħqu sejrin lejn
l-Ajruport ta Catania għat-titjira tagħna lejn Malta, b' ħafna
memorji sbieħ.

PREZZ : KULL PERSUNA
​
3 KBAR F’KAMRA €401.00 KULL PERSUNA
​
2 KBAR F’KAMRA €456.00 KULL PERSUNA
​
1 KBIR F'KAMRA €621.00
​
IL-PREZZ JINKLUDI:
​
 Titjira ma’ l-Airmalta – Malta/Catania/Malta
​
 Transfer minn u lura għall-Ajruport ta’ Catania
​
 3 t’iljieli f’lukanda lussuża ROMANO HOUSE 4 Star FIÄŠ-ÄŠENTRU TA’ CATANIA
​
 Buffet breakfast kull filgħodu
* Inkredibli, l-eskursjonijiet kollha mħallsin
​
 Pullman privata magħna
​
* Servizz ta' Tour Leader
​
* Taxxi inklużi fil-prezz



Mhux inkluz fil-prezz:
​
€ 2.00 City Tax Kull persuna kull lejl u jitħallsu direttament il-lukanda kif taslu. (KBAR BISS)
​
​
Insurance €22 kbar €14 Tfal (sa 15 il sena magħluqa)
